Vjolenza Domestika

Persuna li qed titlob l-għajnuna legali għal vjolenza domestika hija eliġibli għas-servizz tal-għajnuna legali kif stipulat b’artikolu 57 tal-iskeda annessa fil-Kapitolu 581 tal-Liġijiet ta’ Malta.  Huwa rrakkomandat li persuna li tgħaddi mit-trawma ta’ vjolenza domestika tagħmel rapport lill-Pulizija sabiex jaġixxu u jekk inhu neċessarju tfittex attenzjoni medika. Il-vittma ta’ vjolenza domestika tista’ titlob appuntament mal-avukat tal-għajnuna legali residenti permezz emajl jew it-telefown jew billi timla’ l-formola onlajn billi tagħfas hawn.

Vjolenza Domestika Waqt Proċeduri ta’ Separazzjoni Personali

Meta persuna, li għandha proċedura ta’ separazzjoni personali quddiem is-sezzjoni xierqa tal-Qorti Ċivili, tippreżenta rikors dwar vjolenza domestika, il-Qorti għandha tappunta r-rikors fi żmien erbat ijiem  u tista’ b’inizjattiva tagħha stess, qabel jew wara li tisma’ l-partijiet, toħroġ ordni ta’ protezzjoni jew trattament. 

Skip to content