Dokumenti Mitluba u Kif Tipproċedi f’Kawżi Kriminali

F’kawżi kriminali ma jintalbux dokumenti sabiex persuna tkun eliġibbli. Persuna għandha ssaqsi lil Pulizija, lill-Maġistrat jew l-Imħallef li qed jippresedi l-każ, jew tirrikorri fl-uffiċini tagħna, sabiex titlob li tiġi assistita bl-għajnuna legali.

Għajnuna Legali Mitluba Waqt L-Interogazzjoni U /Jew Taħt Arrest

Persuna li ġiet imsejħa għall-interogazzjoni mill-Pulizija jew ġiet arrestata għandha dritt li tkellem avukat tal-għajnuna legali li jkun fuq it-turn tal-ġurnata. Din il-persuna għandha titlob lill-Pulizija li qed jinterrogawha /jarrestawha għall-assistenza tal-avukat tal-għajnuna legali. L-avukat li jagħti l-parir inizjali lil persuna waqt l-interogazzjoni u/jew meta taħt arrest għandu jibqa’ jassisti u jirrapreżenta lill-akkużat miġjub quddiem il-Qorti sal-istadju finali tal-kawża.

Appell Minn Sentenza

Persuna li trid tappella permezz ta’ avukat għall-għajnuna legali minn sentenza deċiża fil-Qorti tal-Maġistrati, għandha b’mod immedjat dakinhar stess jinforma l-Avukat tal-Għajnuna Legali li jkun qed jassistih sabiex jivvaluta jekk hemmx raġunijiet biżżejjed għall-appell. Jekk ikun hemm raġunijiet biżżejjed, l-appell jkun jeħtieġ li jiġi ppreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Kriminali fi żmien tnax-il ġurnata tax-xogħol mid-data tas-sentenza. M’hemmx bżonn isir it-test tal-mezzi.

Persuna li ġiet ikkundanata mill-Qorti tal-Maġistrati u s-sentenza ġiet appellata mill-prosekuzzjoni tista’ tiġi assistita bl-għajnuna legali. Persuna tista’ titlob lill-Imħallef li qed jippresjedi l-każ sabiex tiġi assistita b’avukat tal-għajnuna legali, inkella tista’ tirrikorri fl-uffiċini tagħna sabiex niddireġuha skont ma jkun meħtieġ.

Skip to content