Dokumenti Mitluba U Kif Tipproċedi F’kawżi Ċivili

Sabiex isir appuntament mal-avukat tal-għajnuna legali residenti fl-Aġenzija, persuna għandha l-ewwel tipproduċi dawn id-dokumenti (jew dawk id-dokumenti li japplikaw għal persuna skont il-każ) hawn taħt imsemmija biex isir it-test tal-mezzi w jiġi stabilit jekk il-persuna hija eliġibli għall-għajnuna legali:

  • Dokument mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li juri l-ammont ta’ flus li l-persuna irċeviet tul l-aħħar tnax-il xahar;
  • FS3 tax-xogħol / Payslips tal-paga tal-aħħar tnax-il xahar;
  • Rendikont (statement) tal-aħħar tnax-il xahar ta’ kull kont bankarju li l-persuna għandha f’isimha; 
  • Dokument mill-Aġenzija tax-Xogħol li juri l-job history tal-persuna;
  • Karta tal-identita’ jew passport. 
  • Dokumenti ta’ evidenza (kuntratt legali ta’ kera u rċevuti ta’ pagament) jekk qed tgħix ġo post mikri;
  • Digriet tal-Qorti dwar ordni ta’ ħlas ta’ manteniment lill-parti l-oħra u lit-tfal u rċevuti ta’ ħlas dwarhom;
  • Dokumenti li l-persuna rċeviet mill-Qorti għal każ li tixtieq li tiġi assistita bl-għajnuna legali;
  • Dokumenti oħra relatati, per eżempju:
    • Għal separazzjoni personali: ċertifikat taż-żwieġ u ċertifikati tat-twelid tal-ulied;
    • Għall-annullament taż-żwieġ jew divorzju: kopja tal-kuntratt ta’ separazzjoni;
    • Għal bdil fid-detallji fiċ-ċertifikati tar-Reġistru Pubbliku: ċertifikat tat-twelid / tal-mewt / taż-zwieġ tal-persuna;
    • Kwistjonijiet dwar wirt: kopja tat-testment, etċ. 

Fil-laqgħa mal-uffiċjali tal-Aġenzija jiġi stabilit jekk il-klijent huwiex eliġibbli għas-servizz tal-għajnuna legali.  Jekk persuna tkun eliġibbli, tingħata appuntament mal-avukat residenti tal-għajnuna legali sabiex tiddiskuti l-problema u/jew il-każ li għandha. L-avukat jinfurmaha jekk għandhiex raġunijiet tajba biex tibda proċedimenti jew biex tagħmel id-difiża tagħha skont kif ikun il-każ. 

Appell Minn Sentenza f’Materji Ċivili

L-avukat u l-prokuratur legali assenjati lill-klijent tal-għajnuna legali jibqaw responsabbli għall-kawża assenjata lilhom kif ingħad qabel sakemm din tkun definittivament konkluża, anke jekk il-perjodu tal-ħatra tagħhom tkun skada.

Skip to content