Min Huwa Vittma Tal-Kriminalità?

Artikolu 2 tal-Kapitolu 539 tal-Liġijiet ta’ Malta jiddefinixxi vittma bħala:

  • persuna fiżika li ġarrbet ħsara, inkluż dannu fiżiku, mentali jew emozzjonali jew telf finanzjarju, li kien direttament ikkawżat minn reat kriminali;
  • membru tal-familja ta’ persuna li l-mewt tagħha kienet ikkawżata direttament minn reat kriminali u li jkun sofra ħsara b’riżultat tal-mewt ta’ dik il-persuna;
  • minuri li jkunu xhieda ta’ forom ta’ vjolenza.

X’inhuma D-Drittijiet ta’ Vittma?

Vittma għandha s-segwenti d-drittijiet li:

    • tkun kommunikata, verbalment u bil-kitba, b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem;
    • mal-ewwel kuntatt ma’ awtorità kompetenti tista’ tkun akkumpanjata minn persuna tal-għażla tagħha sabiex tifhem u tkun mifhuma aħjar;
    • l-ewwel awtorità kompetenti f’kuntatt mal-vittma trid tinfurmaha bid-drittijiet kollha tagħha;
    • tagħmel rapport lill-pulizija u tingħata kopja tal-istess rapport mill-aktar fis possibli;
    • tkun infurmata bil-proċeduri kriminali u jekk min wettaq ir-reat ikun rilaxxat mid-detenzjoni;
    • tkun assistita mis-servizzi tal-għajnuna legali.

Kif Tipproċedi Bħala Vittma tal-Kriminalità

Persuna identifikata bħala vittma tal-kriminalità, wara li tiġi f’kuntatt mal-ewwel awtorità kompetenti tista’ titlob li tkun megħjuna mis-servizz tal-għajnuna legali.  Il-persuna għandha tiġi riferuta lill-Aġenzija Legal Aid Malta sabiex jinbeda l-proċess fejn il-persuna tiġi assenjata b’avukat tal-għajnuna legali.  Tista’ wkoll timla’ l-formola li tinsab onlajn billi tagħfas hawn.

Skip to content