Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Cap. 440) jirregolaw l-ipproċessar tad-data persunali kemm dik miżmuma elettronikament u kif ukoll manwalment. L-Aġenzija Legal Aid Malta hija konformi mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stipulati fil-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Skopijiet għall-Ġbir tad-Data L-Aġenzija Legal Aid Malta tiġbor u tipproċessa nformazzjoni sabiex twettaq l-obbligi tagħha skont il-leġislazzjoni preżenti. Id-data kollha tinġabar u tiġi pproċessata skont il-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u skont Titolu X tal-Kapitolu 12 tal-Liġijet ta’ Malta, Titolu III tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, Avviż Legali 414 tal-2014 u Avviż Legali 64 tal-2016.

Reċevituri tad-Data Informazzjoni persunali hija aċċessata mill-impjegati li huma assenjati sabiex iwettqu l-funzjonijiet tal-Aġenzija Legal Aid Malta. Data persunali tiġi żvelata lill-Qrati tal-Ġustizzja meta l-Qorti titlob xhieda dwar il-benefiċju tal-klijent bl-għajnuna legali. Żvelar ta’ informazzjoni jista’ jsir lill-terzi parti jekk biss awtorizzati bil-liġi.

Id-Drittijiet tiegħek Tkun intitolat li tkun taf, mingħajr ħlas, x’tip ta’ informazzjoni l-Aġenzija Legal Aid Malta għandha u li tipproċess dwarek u għaliex, min għandu aċċess għaliha, kif inhi miżmuma u kif inhi aġġornata, kemm iddum miżmuma u x’inhi tagħmel l-entita’ sabiex tikkonforma mal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Il-GDPR tistabillixxi proċedura formali sabiex tittratta t-talbiet tal-persuna. Kull persuna għandha d-dritt li taċċessa kull informazzjoni persunali miżmuma dwarha mill-Aġenzija Legal Aid Malta, kemm fuq kompjuter jew ġo fajls manwali. Talbiet minn persuna għall-aċċess dwar informazzjoni persunali dwarha jridu jsiru bil-miktub u mibgħuta lill-Avukat Kap għall-Għajnuna Legali u Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Legal Aid Malta. Id-dettalji ta’ identifikazzjoni bħalma huma n-numru tal-karta tal-idenita’, isem u kunjom jridu jiġu sottomessi mat-talba għall-aċċess. F’każ li nirrinfaċċjaw diffikulta dwar l-identita’, tista’ tiġi mitlub sabiex tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni.

L-għan tal-Aġenzija Legal Aid Malta hija li tieħu azzjoni kemm jista’ jkun malajr għat-talbiet dwar l-aċċess tal-informazzjoni persunali w tassigura li tipprovdiha fi żmien raġonevoli u b’ebda każ mhux aktar tard minn xahar minn mindu nirċievu t-talba, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida. Meta t-talba għall-aċċess ma tistax issir fi żmien raġonevoli, għandha tingħata raġuni bil-miktub lil min għamel it-talba. Jekk ikun hemm xi ksur dwar id-data, il-persuna tkun infurmata.

Kull persuna għandha d-dritt li titlob li l-informazzjoni dwarha tiġi emendata, mħassra jew ma tiġix użata jekk jirriżulta li l-informazzjoni mhux korretta.

Jekk ma tħossokx sodisfatt bir-riżultat dwar it-talba għall-aċċess, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji tal-kuntatt jinsabu hawn isfel.

Politika taż-Żamma L-informazzjoni persunali tiegħek qed tinżamm skont l-Avviż Legali 64 tal-2016.

L-iskeda li ġejja tiddeskrivi r-rekwiżiti taż-żamma għad-diversi kategoriji ta’ dokumentazzjoni fi ħdan l-Aġenzija Legal Aid Malta.

Kategorija tad-Dokument

Perjodu taż-Żamma

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjoni tal-għajnuna legali stampata u kif ukoll diġitali fejn l-applikant huwa eliġġibli għall-għajnuna legali. 5 snin wara li l-każ jintemm fil-Qorti / Tribunal. L-informazzjoni għandha tinżamm sakemm il-każ jintemm f’każ li l-Qorti titlob evidenza dwar l-eliġġibilta’.
L-informazzjoni diġitali tal-applikant għall-għajnuna legali fejn l-applikant mhux eliġġibli. Sentejn wara l-ewwel appuntament fl-uffiċju tal-Għajnuna Legali Ħafna mill-klijenti tal-għajnuna legali li ma jkunux eliġġibli għas-servizz jkollhom talbiet ripetuti u għalhekk jkollna bżonn l-istess informazzjoni.
Data li teħtieġ li tinqered wara l-perjodu taż-żmien imsemmi għandha tintrema b’mod effiċjetni biex jiġi żgurat li l-informazzjoni ma tibqax disponibbli għall-Aġenzija Legal Aid Malta. Direttur għas-Servizzi tal-Għajnuna Legali L-Aġenzija tal-Għajnuna Legali tista’ tiġi kkuntattjata: 188-189, Old Bakery Street, Valletta VLT1443 Telefown: 22471500 Imejl: info.legalaidmalta@gov.mt Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntatjat: Level 2, Airways House, High Street, Sliema SLM 1549 Telefown: 23287100 Imejl: idpc.info@gov.mt
Skip to content