IL-VIŻJONI TAGĦNA
Għajnuna Legali Malta tassigura li persuni kollha fis-soċjetá jkollhom aċċess għas-sistema ta’ ġustizzja li tiddefendi d-drittijiet u tassigura l-vuċi tagħhom quddiem il-liġi.
Għandek Bżonn Għajnuna Legali?
L-għajnuna legali hija l-għoti ta’ assistenza lil persuni bi dħul baxx li ma jistgħux jaffordjaw rappreżentanza legali u aċċess għas-sistema tal-qorti. L-għajnuna legali hija importanti biex tipprovdi aċċess għall-ġustizzja billi tiżgura l-ugwaljanza quddiem il-liġi, id-dritt għal avukat u d-dritt għal proċess ġust lil nies indiġeni.
IL-MISSJONI TAL-AĠENZIJA
Il-missjoni tal-Għajnuna Legali Malta hija li tassigura li persuni eleġibbli għas-servizzi tal-għajnuna legali huma rappreżentati professjonalment u legalment fi spettru wiesgħa ta’ litigazzjonijiet u difiża sabiex id-drittijiet tagħhom ikunu mħarsa f’soċjeta’ demokratika.
Legal Aid Malta Facebook Posts
Aħna wkoll se nkunu qed nipparteċipaw fil-Public Service Expo 2024!
Ingħaqdu magħna fl-MFCC, Ta’ Qali bejn il-15 u d-19 ta’ Mejju 2024.
Dħul bla ħlas.
Irreġistra hawn: pseregistration.gov.mt/registrazzjoni/
Is-Servizz Pubbliku
Ġustizzja ... See MoreSee Less
Photos from Commission on Gender-Based Violence & Domestic Violence's post ... See MoreSee Less
Persuni bi dħul finanzjarju baxx għandu jkollhom l-istess drittijiet bħal ħaddieħor quddiem il-ġustizzja. Dan huwa l-għan ta’ Legal Aid Malta li tiddefendi lil dawn il-persuni b’mod professjonali u tassigura li huma wkoll ikollhom spazju biex isemmgħu leħinhom.
👉 justice.gov.mt/mt/legalaidmalta/Pages/home.aspx ... See MoreSee Less