Navigazzjoni
Min Huwa Vittma Tal-Kriminalità?
Artikolu 2 tal-Kapitolu 539 tal-Liġijiet ta’ Malta jiddefinixxi vittma bħala:
- persuna fiżika li ġarrbet ħsara, inkluż dannu fiżiku, mentali jew emozzjonali jew telf finanzjarju, li kien direttament ikkawżat minn reat kriminali;
- membru tal-familja ta’ persuna li l-mewt tagħha kienet ikkawżata direttament minn reat kriminali u li jkun sofra ħsara b’riżultat tal-mewt ta’ dik il-persuna;
- minuri li jkunu xhieda ta’ forom ta’ vjolenza.
X’inhuma D-Drittijiet ta’ Vittma?
Vittma għandha s-segwenti d-drittijiet li:
- tkun kommunikata, verbalment u bil-kitba, b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem;
- mal-ewwel kuntatt ma’ awtorità kompetenti tista’ tkun akkumpanjata minn persuna tal-għażla tagħha sabiex tifhem u tkun mifhuma aħjar;
- l-ewwel awtorità kompetenti f’kuntatt mal-vittma trid tinfurmaha bid-drittijiet kollha tagħha;
- tagħmel rapport lill-pulizija u tingħata kopja tal-istess rapport mill-aktar fis possibli;
- tkun infurmata bil-proċeduri kriminali u jekk min wettaq ir-reat ikun rilaxxat mid-detenzjoni;
- tkun assistita mis-servizzi tal-għajnuna legali.
Kif Tipproċedi Bħala Vittma tal-Kriminalità
Persuna identifikata bħala vittma tal-kriminalità, wara li tiġi f’kuntatt mal-ewwel awtorità kompetenti tista’ titlob li tkun megħjuna mis-servizz tal-għajnuna legali. Il-persuna għandha tiġi riferuta lill-Aġenzija Legal Aid Malta sabiex jinbeda l-proċess fejn il-persuna tiġi assenjata b’avukat tal-għajnuna legali. Tista’ wkoll timla’ l-formola li tinsab onlajn billi tagħfas hawn.
Il-gżejjer Maltin għandhom wkoll l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità, iffinanzjata mill-Gvern, dedikata li tipprovdi servizzi ta' appoġġ lill-vittmi kollha tal-kriminalità.
