Navigazzjoni
L-emblema tal-Aġenzija Għajnuna Legali Malta

Il-logo tal-Għajnuna Legali Malta juri erba’ mwieżen tal-ġustizzja li jiffurmaw kwadru. Il-logo kwadru b’erba’ faċċati jirrapreżenta li l-ġustizzja għandha tiġi distribwita b’mod ġust, mingħajr xaqlib lejn ebda parti, privileġġ jew korruzzjoni. Il-kelma b’ittri kapitali ‘LEGAL’ flimkien mal-kelma b’ittri kapitali u skur ‘AID’ tagħti x’tifhem l-għajnuna li tingħata lin-nies bi dħul finanzjarju baxx jew li huma kunsidrati vulnerabbli sabiex jiġu legalment rappreżentati fil-qrati tal-ġustizzja sabiex jingħatalhom aċċess ġust w ugwali għall-ġustizzja. Taħt dawn iż-żewġ kelmiet hemm l-isem kelma ‘MALTA’ b’ittri kapitali sabiex tagħti identita’ lill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali Malta fix-xena globali.
Il-logo tal-Aġenzija Għajnuna Legali Malta huwa trademark reġistrat. Użu mhux awtorizzat tal-logo jista’ jwassal għall-ksur ta’ drittijiet ta’ propjeta’ intellettwali.
